Futbol Sport

Michael Mifsud jissieħeb lil Sirens

(Ritratt: Joseph Galea)

L-eks attakkant internazzjonali Malti, Michael Mifsud iffirma kuntratt ta’ sena mal-klabb ta’ Sirens. Mifsud se jqatta’ dan l-istaġun mal-klabb ta’ San Pawl il-Baħar u se jkun parti mill-iskwadra li se tkun qed issiefer l-Bulgarija għall-partita kontra CSKA Sofia mill-ewwel rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa League.

Din l-aħbar kienet żvelata mill-paġna ta’ Repaly fuq Facebook u ftit wara ġiet ikkonfermata. Mifsud żgur li se jżid l-esperjenza fil-klabb ta’ Sirens li se jkun qiegħed jilgħab it-tieni staġun tiegħu fil-Kampjonat Premier. F’pajjiżna Michael Mifsud lagħab għal bosta timijiet fosthom Birkirkara, Sliema Wanderers u Valletta fost l-oħrajn. Matul il-karriera tiegħu Mifsud kellu wkoll esperjenza barra pajjiżna, fl-Ingilterra u fil-Ġermanja fost l-oħrajn.