Lokali

Raġel isofri ġrieħi gravi wara inċident bejn mutur u vettura

Illum, għall-ħabta tas-1:15pm, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq il-Kappillan Mifsud, Santa Venera.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li kien seħħ impatt bejn mutur ta’ tip Suzuki misjuq minn raġel ta’ 44 sena residenti l-Kalkara u vettura tat-tip Dacia Duster misjuqa minn mara ta’ 52 sena residenti Pembroke.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lis-sewwieq tal-mutur u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura.

Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri min ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.