Għawdex Lokali Qorti

Raġel jitressaq il-Qorti t’Għawdex u jwieġeb ħati

Illum, il-Pulizija ressqet b’arrest fil-Qorti t’Għawdex, quddiem il-Maġistrat Brigitte Sultana raġel ta’ 47 sena residenti Bormla.

Huwa ġie akkużat li fil-lejl ta’ bejn is-7 u t-8 t’Awwissu u fil-lejl ta’ bejn it-13 u l-14 t’Awwissu 2020, waqt li kien qiegħed f’sit li jinsab fi Triq il-Madonna ta’ Rummiena, x-Xewkija, Għawdex u kif ukoll waqt li kien fit-Triq San Leonardu, r-Rabat, Għawdex, seraq diversi litri ta’ diesel minn
numru ta’ vetturi u għamel ħsara volontarja fuq l-istess vetturi u talli laqa’ għandu oġġetti misruqa jew akkwistati b’reat.

Huwa ġie akkużat ukoll li fl-istess lokalitajiet saq vettura mingħajr ma’ kien kopert bil-polza tassigurta’ u liċenzja tas-sewqan kurrenti u talli renda lilu nnifsu reċidiv.

L-imputat wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu u s-sentenza ser tingħata fid-19 t’Awwissu, 2020.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.