Internazzjonali

Renju Unit: 300 ħaddiem li jagħmlu l-ħobż għall-Marks & Spencer pożittivi għall-Covid-19

Ritratt: Sky News

Kważi 300 ħaddiem li jagħmlu l-ħobż għall-kumpanija Marks & Spencer ittestjaw pożittiv għall-Coronavirus.

Rapporti Brittaniċi qalu li l-fabbrika Greencore li tinsab f’Northampton għandha mijiet ta’ ħaddiema bil-Covid, u li issa l-kumplament tal-ħaddiema qed jagħmlu l-kwarantina.

Intant kelliema għas-saħħa qalu li l-ikel kif ġie proċessat mhux se jservi biex jxerred aktar il-virus, b’kelliem anki għall-WHO, Mike Ryan, qal li m’hemm ebda evidenza li l-imxija tista’ tinxtered permezz tal-ikel u qalu li l-persuni għandhom iħossuhom liberi u siguri.