Lokali

Restawr tal-Knisja ta’ Santa Marija f’Ħ’Attard

Hekk kif tasal ħdejn il-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ħ’Attard, wieħed mill-ewwel jinnota d-dettall mill-isbaħ li jżejjen il-faċċata tal-Knisja.

Sforz l-elementi u fatturi oħra, dan id-dettall jidher grazzi għal restawr li għadu kemm tlesta.

Il-Kappillan tal-parroċċa, Kanonku Joe Grech spjega ma’ Net News l-importanza ta’ dan ir-restawr għal din il-Knisja.

Ir-restawr ħa madwar sentejn biex tlesta. Il-perit ta’ dan ir-restawr, Herman Bonnici spjegalna x’xogħol sar.

Din il-Knisja bdiet tinbena fl-1613 u tlestiet fl-1624 mill-perit Thumas Dingli u dan ir-restawr li għadu kemm tlest kien l-ewwel tat-tip tiegħu.

Il-parroċċa tixtieq li tkompli bir-restawr li fadal li fih jikkonsisti l-kampnar li nbena fl-1718. Il-Kappillan appella lin-nies biex jgħinu dan ir-restawr isir.

Ir-restawr sewa lill-Knisja ma’ €68,000, bi 80% tal-flus ikunu fondi mogħtija mill-Unjoni Ewropea.