Coronavirus Futbol Sport

Samuel Umtiti pożittiv għall-coronavirus

Id-difensur ta’ Barcelona Samuel Umtiti rriżulta pożittiv għall-coronavirus ftit siegħat qabel il-partita tal-UEFA Champions League bejn Barcelona u Bayern Munich.

Umitit ma sifirx iżda mal-iskwadra ta’ Barcelona u b’hekk mhux se jaffetwa l-partita tal-lejla. Id-difensur Franċiż huwa t-tieni plejer ta’ Barcelona li fl-aħħar jiem ħareġ pożittiv għal dan il-virus. Fi stqarrija Barcelona qalu li l-plejer kien asintomatiku u jinsab f’sitwazzjoni ta’ saħħa tajba b’dawk il-persuni li għamlu kuntatt miegħu jkunu iżolati wkoll.