Bit-tema ‘Raising Standards’, il-MFA organizzat seminarju għar-referees u l-uffiċjali tal-logħob b’preparazzjoni għall-istaġun li jmiss.
Il-parteċipanti kienu milqugħa mis-Segretarju Ġenerali tal-MFA Dr. Angelo Chetcuti, li enfażizza fuq l-impenn tal-assoċjazzjoni li jtejbu l-kwalità tar-referees lokali. Il-Viċi President Adrian Casha nkuraġġixxa lill-parteċipanti biex ma jibżgħux jimbuttaw lilhom infushom għall-aħjar.
David Elleray li huwa l-Instruttur tar-Regoli tal-Logħob ta ħarsa ġenerali lejn il-bidliet riċenti fir-regoli, u kompla permezz ta’ eżerċizzji individwali. L-instrutturi uffiċjali ddiskutew aspetti importanti tal-logħba mall-parteċipanti.
Dr. Dorianne Caruana Bonnici provdiet gwida kif il-prestazzjoni tagħhom tista’ titjieb permezz ta’ dieta bilanċjata, filwaqt li Dr. Herman Mula għarref il-funzjoni tal-uffiċju tiegħu kontra t-tixħim.
Is-seminarju kkonkluda mill-President tal-MFA Bjorn Vassallo li ħeġġeġ l-parteċipanti biex jikkoperaw billi joffru d-disponibilità massima tagħhom fl-istaġun li jmiss, li mistenni jkun wieħed diffiċli minħabba ż-żieda tan-numru ta’ logħob f’diversi kompetizzjonijiet.
//= $special ?>