Futbol Sport

Willian jiffirma ma’ Arsenal

(Ritratt: Arsenal FC)

Il-winger Brażiljan Willian laħaq ftehim ma’ Arsenal u ffirma kuntratt ta’ tliet snin b’paga ta’ £220,000 fil-ġimgħa. Willian jingħaqad ma’ Arsenal wara li spiċċalu l-kuntratt tiegħu mar-rivali Chelsea, bil-blues jonqsu milli jilħqu ftehim mal-Brażiljan.

F’kummenti li ta lis-sit ta’ Arsenal, il-winger ta’ 32 sena qal li ssieħeb mal-Gunners biex jgħinhom jirbħu l-unuri, bil-kowċ ta’ Arsenal Mikel Arteta jgħid li Willian se jġib miegħu esperjenza u versitalità fl-attakk.

Willian mhuwiex l-ewwel plejer li lagħab għaż-żewġ klabbs ta’ Londra hekk kif fl-aħħar snin David Luiz, Petr Cech u Olivier Giroud lagħbu għaż-żewġ klabbs.