Atletika Sport

Aidan Tanti u Tara Abdilla jirbħu l-unuri tal-Eurosport BSJ 5k Road Running Series

(Ritratt: Deacon Xuereb)

Aktar kmieni din il-ġimgħa ġiet fi tmiem it-tielet u l-aħħar tellieqa tal- Eurosport BSJ 5k Road Running Series li saret fil-Bypass tal-Imtarfa. F’din it-tellieqa, irritorna Andrew Grech wara nuqqas ta’ 5 xhur. Grech ħa vantaġġ komdu u ħalla numru ta’ atleti warajh. Wara l-ewwel dwara, Grech xorta żamm il-vantaġġ fejn żamm lil Matthew Cutajar u Matthew Xuereb.

Ir-riżultat finali kien xorta oħra, meta lejn it-tmiem, Cutajar inqabeż minn Xuereb biex kiseb it-tieni post. Alan Camilleri li wkoll kien ilu ma jtellaq, irnexxielu jaqbeż lil Cutajar fejn kiseb it-tielet post. Fil-kategorija femminili, Tara Abdilla temmet it-tellieqa fl-ewwel post b’Francesca Arrigo u Carmen Hili jtemmu fit-tieni u t-tielet post rispettivament.

Klassifika Finali

Il-Klassifika Finali li hi bbażata fuq ir-riżultati rreġistrati fit-tlielaq kollha, Aidan Tanti rebaħ l-ewwel tellieqa u kien ir-rebbieħ ġenerali tas-Serje u kien segwit minn Imed Ben Moussa. Fit-tielet post temm Geroge Vella.

Fil-kategorija femminili, Tara Abdilla żammet it-titlu tas-Serje mis-sena l-oħra. Francesca Arrigo temmet fit-tieni post filwaqt li l-veterana Carmen Hili temmet fit-tielet pożizzjoni. It-trofejn ġew preżentati minn Joseph Farrugia u Maria Vella- Galea rappreżentanti tal-Klabb u saru b’konformità mal-protokolli tad-distanza soċjali.