Lokali

Argument fil-Ħamrun iħalli persuna l-Isptar

Persuna kellha tittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura wara argument li seħħ fil-Ħamrun.

Jidher li l-argument żviluppa għall-ħabta tas-13.10 fi Triq Manwel Magri.

Kelliema għall-Pulizija stqarret ma’ Net News li mhux kkonfermat in-numru ta’ persuni nvoluti fl-argument filwaqt li l-kundizzjoni tal-persuna ferita għadha pendenti