Futbol Sport

Barcelona jkeċċu lill-kowċ Quique Setien

Ftit wara li ġew umiljati minn Bayern Munich fil-kwartifinali tal-UEFA Champions League, numru ta’ rapporti internazzjonali qed jgħidu li Barcelona keċċew lill-kowċ Quique Setien.

Setien sar kowċ ta’ Barcelona f’Jannar li għadda wara li kienu keċċew lil Ernesto Valverde wara sensiela ta’ riżultati negattivi. Minkejja li kellu vantaġġ komdu ta’ punti fuq Real Madrid fil-La Liga, Setien naqas mill jwassal lil Barcelona għar-rebħ tal-kampjonat. Wara t-telfa umiljanti kontra Bayern Munich, Barcelona bdew it-tfittxija għal kowċ ġdid bil-favoriti jkunu Xavi, Arsene Wenger u Mauricio Pochettino.