Atletika Sport

Cheptegei jikser ir-rekord tal-5000m

Ritorn tal-atletika internazzjonali fis-serata tad-Diamond League fi Stade Louis II f’Montecarlo, rekord tad-dinja ġdid fid-distanza tal-5000 metru. Wara sittax – il sena kien Joshua Cheptegei ta’ 23 sena mill-Uganda li għamel id-distanza fi 12:35.36 sekondi sabiex b’hekk tejjeb bi kważi żewġ sekondi ir-record li sittax il-sena ilu kien kiseb Kenenisa Bekele tal-Etjopja li kien ta’ 12 il-minuta 37.35 sekondi.

Rebbieħ tal-midalja tad-deheb fl-aħħar Kampjonati tad-Dinja li saru f’Doha sena ilu, f’Monaco ma kien hemm ebda dubju li Cheptegei jirbaħ il-5000 metru u f’kundizzjoni ta’ temp mill-aqwa irnexxielu jikser ir-rekord tad-dinja. Għal Golden League f’Montecarlo ingħata permess li jattendu mhux aktar minn 5000 spettatur li iżda b’ mod dixxiplinat żammew id-distanza socjali bejniethom minħabba l-Covid 19.