Formula 1 Sport

Hamilton fuq quddiem fil-Grand Prix ta’ Spanja

(Ritratt: EPA)

Fiċ-ċirkwit ta’ Katalunja fi Spanja Lewis Hamilton kiseb il-Pole Position segwit minn sieħbu fit-tim ta’ Mercedes Valtteri Bottas. Warajhom fit-tielet post temm is-sewwieq ta’ Red Bull Max Verstappen li l-ġimgħa li għaddiet rebaħ is-70 Grand Prix tal-Formula 1 fiċ-ċirkwit ta’ Silverstone. Ġimgħa oħra diżappuntanti għas-sewwieqa ta’ Ferrari bil-Franċiż Charles Leclerc item fid-disa’ pożizzjoni filwaqt li sieħbu fit-tim Sebastian Vettel kien eliminat fit-tieni fażi u temm fil-ħdax –il post.

Fir-raba’ post temm Sergio Perez li rritorna wara li għall-aħħar żewġ Grand Prix kien nieqes minħabba li rriżulta pożittiv għall-coronavirus. Fil-ħames post temm is-sewwieq l-ieħor ta’ Racing Point Lance Stroll. Fis-seba’ u t-tmien post temmew is-sewwieqa ta’ Mc Laren, Carlos Sainz u Lando Norris rispettivament. Fl-għaxar pożizzjoni temm Pierre Gasly ta’ Alpha Tauri. Sebastian Ocon rnexxielu jieħu sehem fil-kwalifikazzjoni u temm fil-15 –il post wara li dalgħodu kellu incident ikrah fil-aħħar rawnd tal-provi.

Kif temmew: 1 Lewis Hamilton Mercedes 1:16.872, 2 Valtteri Bottas Mercedes 1:17.243, 3 Max Verstappen Red Bull 1:17.213. 4 Sergio Perez Racing Point 1:17.117, 5 Lance Stroll Racing Point 1:17.316, 6 Alexander Albon Red Bull 1:17.419, 7 Carlos Sainz McLaren  1:17.438, 8 Lando Norris McLaren 1:17.577, 9 Charles Leclerc Ferrari 1:17.256, 10 Pierre Gasly AlphaTauri 1:17.356 Eliminati fit-tieni fażi: 11 Sebastian Vettel Ferrari        1:17.573, 12 Daniil Kvya AlphaTauri 1:17.676, 13 Daniel Ricciardo Renault     1:17.667, 14 Kimi Raikkonen Alfa Romeo 1:17.797, 15 Esteban Ocon Renault 1:17.765, Eliminati fl-ewwel fażi: 16 Kevin Magnussen Haas 1:17.908, 17 Romain Grosjean Haas 1:18.089, 18 George Russell Williams 1:18.099, 19 Nicholas Latifi Williams 1:18.532, 20 Antonio Giovinazzi Alfa Romeo 1:18.697