Coronavirus Lokali

AĠĠORNATA: Lura lejn Malta wara li n-numri tal-Covid komplew jiżdiedu

Robert Abela kien ilu Sqallija mill-Ħamis

Kuntrarju għal dak li kien pjana, il-Prim Ministru Robert Abela niżel lura Malta bil-Katamaran minn Sqallija kaġun tal-pressjoni kbira li hemm fuqu bħalissa; pressjoni li kompliet tikber bl-aħħar numri tal-Covid-19 illi qed juru li l-imxija f’pajjiżna mhi taqta’ xejn.

Robert Abela telaq minn Pozzallo fid-9:30pm.

Il-Ħadd il-Prim Ministru se jkun għal darb’oħra fuq il-media laburista.

Nies midħla taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista qed jindikaw li l-awtoritajiet tas-saħħa, u anke l-Ministru Chris Fearne, qed jitolbu aktar restrizzjonijiet wara l-Gvern ħarbitlu s-sitwazzjoni minn taħt idejh – frott il-pariri ħżiena, skont is-sorsi tagħna, li kien qed jieħu Robert Abela “minn settur partikolari ta’ nies”.

Bħalissa Robert Abela għandu fuq ħoġru ultimatum mit-tobba biex immedjatament jindirizza s-sitwazzjoni kritika li jinsab fiha pajjiżna, fejn saħansitra spiċċajna fil-lista l-ħamra ta’ diversi stati Ewropej.