Internazzjonali Knisja

Il-pandemija tal-Covid-19 tifleġ lil Lourdes ukoll

Imbassar telf ta' €8 miljun

F’okkażjoni tal-festa ta’ Santa Marija Assunta s-sitwazzjoni fis-sit tal-pellegrinaġġi Franċiż, Lourdes, fejn ta’ kull sena jinġabru eluf ta’ devoti Marjani, is-sitwazzjoni kienet deskritta bħala surreali.

Tradizzjonalment jinġabru f’Lourdes madwar 30,000 pellegrin minn madwar id-dinja madanakollu kawża tal-Covid-19 u bl-attivitajiet tal-massa fil-Belt Marjana limitati sa 5,000 persuna – esperjenzaw jum bla ebda preċedent.

Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-lum ġew irranġati sabiex il-Bażilika fis-Santwarju tkun tista’ takkomoda numru ta’ fidili filwaqt li jiġu rispettati l-miżuri sanitarji.

Intant huwa mbassar li bin-nuqqas inevitabbli ta’ turisti u pellegrini kif jispiċċa l-istaġun tal-vaganzi, dan is-sit ser ikun qed jagħmel telf mat-€8 miljun. Kelliema għas-Santwarju spjegaw li minħabba l-fatt li l-ekonomija tagħhom hija bbażata fuq l-offerti tal-pellegrini s-sitwazzjoni finanzjarja taghom hija delikata ħafna.