Fl-aħħar jiem il-Kummissjoni Elettorali ddikjarat li hekk kif għalaq iż-żmien stabbilit minnha għall-membri tal-Partit Nazzjonalista sabiex dawk kollha interessati jikkontestaw l-elezzjoni għal Kap tal-PN jiddikjaraw l-interess tagħhom, il-Kummissjoni Elettorali rċeviet żewġ nomini, dawk ta’ Delia, Adrian u Grech, Bernard.
Dan wara li fil-Kunsill Ġenerali straordinarju tas-Sibt 1 ta’ Awwissu, il-kunsillieri tal-PN vvutaw biex issir elezzjoni għal Kap tal-Partit.
Minn hawnhekk kompla l-proċess li se jwassal għal elezzjoni innifisha, proċess li qed jieħu ħsiebu ċ-Chairman tal-Kummissjoni Elettorali Peter Fenech.
Net News tkellem ma’ Peter Fenech, li tana aġġornament tal-proċess inniffsu:
“Naturalment, il-proċess miexi ġmielu. Bilfors, ma jistax jkunx hekk. Preżentament issa għalaqna l-logos li se jintużaw, it-tags tal-persuni kollha involuti, qegħdin jinġabru ismijiet ta’ voluntiera.”
F’din l-elezzjoni se jivvutaw it-tesserati tal-PN. Dawk eleġibbli li jivvutaw jrid ikollhom it-tessera mħallsa għas-snin 2018 u l-2019 filwaqt li jkunu konformi mas-sena attwali li trid tkun imħallsa wkoll.
Min ikollu tesseri b’lura sal-2015 jista’ jħallas u jingħata d-dritt tal-vot; u allura għal dawk li kienu membri tal-partit f’dawn l-aħħar 5 snin iżda jista’ jkun ikollhom ħlas ta’ tesseri neqsin.
Intant, iż-żewġ ismijiet li waslu għand il-Kummissjoni Elettorali, kienu mgħoddija lill-Kummissjoni Kandidati mmexxija miċ-Chairman Colin Bowman biex din il-Kummissjoni twettaq l-iskrutinju u l-eżerċizzju ta’ diligenża ppruvata dak magħruf bħala due diligence… meħtieġa skont l-iStatut tal-PN.
//= $special ?>