Lokali

Jinħeles mill-arrest wara li hedded lill-eks tfajla

Ħaddiem fl-isptar Monte Carmeli minn San Pawl il-Baħar ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li tressaq il-Qorti akkużat li hedded u dejjaq lill-eks sieħba tiegħu.

Quddiem il-Maġistrat Marseann Farrugia ħareġ li minkejja li r-relazzjoni ta’ bejn Redeemer Debono ta’ 33 sena u l-eks sieħba tiegħu intemmet xhur ilu, huwa baqa jikkuntattja lil binthom li tgħix ma’ ommha permezz ta messaġġi fuq il-mowbajl.

Minn naħa l-oħra, l-avukat tal-għajnuna legali stqarret li l-problemi bejn il-koppja ilhom għaddejjin u li t-tfajla sa anke saqet fuqu bil-karozza.

Ir-raġel, ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet fosthom li ma jagħmel l-ebda kuntatt mal-eks sieħba tiegħu għalkemm xorta għad għandu l-aċċess għal bintu. Hu intalab imur jiffirma fl-għassa tlett darbiet fil-Ġimgħa.