Lokali

Jinżamm arrestat wara attentat ta’ qtil f’Ta Qali

Elliot Paul Busuttil ta’ 36 sena inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti fuq attentat ta’ qtil li seħħ fil-lejl ta’ bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa f’Ta Qali.

Fil-Qorti, id-difiża talbet sabiex jekk ikun possibli, il-vittma jitla’ jixhed.

Il-vittma, Bulgaru ta’ 57 sena kien instab f’għadira demm u b’daqqiet ta’ sikkina fl-għeliqi qrib l-istadium nazzjonali ta’ Ta’ Qali, bl-akkużat jiġi arrestat ftit tas-sigħat wara mill-pulizija meta nstab moħbi fil-komun ta’ blokka appartamenti fĦ Attard. Il-prosekuzzjoni, li tmexxiet mill-Ispettur Keith Arnaud stqarret li l-Bulgaru qeleb għall-aħjar għalkemm xorta ghadu qed jinzamm fl-Isptar Mater Dei.