Futbol Sport

Klopp jirbaħ l-unur tal-Aqwa Kowċ tal-Premier League dan l-istaġun

(Ritratt: EPA)

Il-kowċ ta’ Liverpool Jurgen Klopp rebaħ l-unur tal-aqwa kowċ dan l-istaġun fil-Premier League wara li wassal lil Liverpool għar-rebħ tal-kampjonat wara 30 sena. L-iskwadra ta’ Jurgen Klopp rebħet 32 partita minn 38 u rnexxielhom jilħqu 99 punt li hu record għall-klabb ta’ Anfield. Flimkien ma’ Klopp, kien hemm ukoll nominati għal dan l-unur, Lampard ta’ Chelsea, Rodgers ta’ Leicester u Wilder ta’ Sheffield United.

F’dan l-istaġun Klopp rebaħ l-unur tal-Aqwa Kowċ tax-xahar ħames darbiet biex kiseb unur aktar minn Pep Guardiola li fl-istaġun ta’ qabel kiseb erbgħa. Id-difensur ta’ Liverpool Trent Alexander-Arnold rebaħ l-unur tal-Young Player of the Season wara li għeleb l-isfida ta’ Kevin De Bruyne ta’ Manchester City.