Lokali

Min hu Peter Grech?

Hekk kif tħabbar li l-Avukat Ġenerali Peter Grech kien avża lill-President tar-Repubblika dwar ir-riżenja tiegħu, hawn huma ftit fatti dwar dak li serva ta’ Avukat tal-Istat għal dawn l-aħħar 10 snin.

  • Peter Grech laħaq avukat fl-1979 u serva fi prattika privata sakemm fl-1983 beda jaħdem fl-Uffiċju tal-Avukat Ġenerali
  • Fl-2010 hu laħaq Avukat Ġenerali u ħa post Silvio Camilleri
  • Grech ta żewġ maħfriet fuq żewġ każi kbar
  • L-ewwel waħda lil George Farrugia b’rabta mal-iskandlu taż-żejt
  • ĦADD baqa’ ma tressaq akkużat fuq dan il-każ
  • It-tieni waħda lil Melvin Theuma, il-middleman fl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia
  • F’Diċembru l-Qrati ta’ Malta sabu li Peter Grech kien kiser id-dritt Kostituzzjonali tal-Kap tal-Oppożizzjoni meta ċaħħdu minn kopja tar-rapport Egrant
  • Peter Grech kien l-Avukat Ġenerali ta’ pajjizna fis-snin ta’ taqlib poltiku u qala’ ħafna kritika għan-nuqqas ta’ azzjoni tiegħu
  • Grech qal li ma kienx “ra raġuni valida sabiex jissiġilla l-bank Pilatus” wara li Ali Sadr ħarab f’nofs ta’ lejl bil-bagalji
  • Hu qala’ kritika wkoll għall-fatt li naqas li jaġixxi kontra l-korruzzjoni f’pajjiżna
  • Il-pożizzjoni tieħgu kienet deskritta bħala “mhux tenibbli” minn organizzazzijiet barranin għall-mod kif illimati l-investigazzjonijiet fl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia
  • Grech kien akkużat ukoll li ta struzzjonijiet sabiex ma jsirux investigazzjonijiet dwar il-Panama Papers għax ikunu qed “jindaħlu”

Ir-riżenja ta’ Grech tidħol fis-seħħ mid-9 ta’ Settembru