Sport Sport Ieħor

O’Sullivan jegħleb lil Mark Selby biex jikseb post fil-finali

Ronnie O’Sullivan kiseb post fil-finali tal-lejla fil-Kamjonati tad-Dinja wara li għeleb lil Mark Selby 17-16 biex b’hekk se jilgħab kontra Kyren Wilson. O’Sullivan kellu jiġi minn żewġ sets minn taħt meta kien qiegħed jitlef 16-14. Fil-finali li se tkun best-of 35 se tara l-partitarji jirritornaw fi Crucible Theatre f’Sheffield wara li l-Gvern Ingliż ħabbar li se jkunu qed jagħmlu proġett pilota dwar ir-ritorn tal-partitarji f’ċerti attivitajiet.

F’kummenti wara l-partita, O’Sullivan kritika din id-deċiżjoni li jirritornaw il-partitarji u qabbel l-isport tal-isnooker ma’ dak tal-Formula 1 u t-tennis fejn qal li dawn xorta waħda qed imorru tajjeb allavolja mingħajr partitarji. Selby ikkumenta kif O’Sullivan naqas mir-rispett waqt l-istess partita fejn argumenta dwar il-mod ta’ kif lagħab. Għal Wilson din se tkun l-ewwel finali wara li għeleb lil Anthony McGill.