Iċ-ċiklista Remco Evenepoel spiċċa l-isptar wara li fil-Giro di Lombardia kellu incident wara li waqa’ u ħabat mal-barrikati wara li kien żbilanċjat minn fuq ir-rota tiegħu waqt li kien fi grupp ma’ atleti oħra. Fil-poast immedjatament waslet ambulanza li ħadet liċ-ċiklista Belġjan mal-ewwel l-isptar. Fi stqarrija t-tim tiegħu qal li Evenepoel dejjem baqa’ konxju u jinsab f’kundizzjoni tajba. Il-Giro di Lombardia ntrebaħ miċ-ċiklista Jakob Fuglsang.
//= $special ?>Remco Evenepoel l-isptar wara incident waqt il-Giro di Lombardia
15 ta' Awwissu 2020