Lokali

”Riżenja li ilha tintalab għal żmien twil” – Repubblika

L-Avukat Ġenerali Peter Grech

Fi stqarrija, Repubblika saħqet li qed tinnota r-riżenja tal-Avukat Ġenerali Dr Peter Grech, riżenja li ilha tintgħalab għal żmien twil.

Repubblika jemmnu li huwa fl-interess pubbliku li r-raġunijiet għal din ir-riżenja isiru magħrufa immedjatament u li d-deċiżjonijiet tiegħu u l-ħidma tal-Uffiċċju tiegħu jiġu skrutinizzati.

Huma awguraw li min se jieħu post Peter Grech ikun persuna ta’ integrita li jħares il-liġi fuq kollox u li ma jħallix lilu nnifsu jiġi nfluwenzat minn interessi politiċi partiġġjani.

Ħadu wkoll l-opportunita biex jerġgħu jeżiġu li tiġi ppublikata l-ittra ta’ riżenja tal-ex Prim Ministru Joseph Muscat, ittra li l-President tar-Repubblika Dr George Vella żamm milli tiġi ppublikata peress li kien ikollha, fi kliemu stess, “effett sostanzjali fuq il-ħidma propja u effettiva ta’ awtorità pubblika” li f’dan il-każ tirreferi għall-Gvern.