Lokali

Sentenza sospiża u multa wara li vvandalizza ATM

Raġel Olandiż ta’ 22 ingħata 18-xahar ħabs sospiża għal sentejn u multa ta’ aktar minn tlettax il-elf ewro wara li waqt btala f’pajjiżna għamel ħsara fuq ATM f’Paceville.

Jidher li r-raġel, allegatament ivvandalizza ATM wara li mar jiġbed il-flus biex ikun jistqa’ jixtri s-sigaretti iżda l-magna ma tatux flus.

Fil-Qorti ġew ppreżentati filmati minn kameras tas-sigurta li juru lir-raġel jwettaq ir-reat.

L-avukat tal-akkużat Roberta Bonello qalet li r-raġel qed jistenna lill-ġenituri jiġu Malta sabiex ikunu jistgħu iħallsu l-ħsara li saret fuq l-ATM.