Coronavirus Lokali Saħħa

Tfajla Palermitana f’qagħda kritika bil-Covid-19 wara vaganza f’Malta

Żagħżugħa minn Palermo tinstab f’qagħda kritika u qed tingħata l-kura intensiva fl-Isptar Cervell, f’Palermo stess, wara li nhar il-Ħamis ittestjat pożittiv għal Covid-19. Dan wara li t-tfajla rritornat lura minn vaganza f’pajjiżna.

Rapport maħruġ mill-Giornale di Sicilia spjega li l-kundizzjoni tat-Taljana aggravat b’rata allarmanti

Fl-aħħar jiem Sqallija imponiet kwarantina obbligatorja ta’ ġimgħatejn fuq dawk il-persuni kollha li jaslu lura minn Malta, eskluż il-Maltin li jmorru vaganza. Iċ-ċittadini Maltin għandhom biss iniżżlu l-app siciliasicura, għal fini ta’ contact tracing.