Lokali

Żewġ żgħażagħ jidħlu midruba fl-Għassa tal-Belt wara argument fil-Kapitali

Żagħżugħ ta’ 21 sena flimkien ma ieħor ta’ 20 sena, it-tnejn mill-Imtarfa, kellhom jittieħdu għall-kura medika fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana wara li kienu involuti f’argument li seħħ għall-ħabta tal-ħdax u nofs tal-Ġimgħa filgħaxija fil-Belt Valletta.

Il-każ seħħ fi Triq il-Lanċa bejn iż-żewġ Maltin, u żewġ żgħażagħ Sirjani, wieħed ta’ 22 sena residenti l-Furjana, u ieħor ta’ 19-il sena residenti l-Marsa, li lkoll kemm huma qed jinżammu arrestati b’rabta mal-każ.

Jidher li wara l-argument l-midruba daħlu fl-Għassa tal-Pulizija tal-Belt Valletta sabiex irrapportaw il-każ, biż-żagħżugħ ta’ 20 sena jiġi ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi filwaqt li l-ieħor ġarrab ġrieħi ħfief.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.