Coronavirus Lokali Saħħa

63 każ ġdid ta’ Covid-19 – il-każi attivi jitilgħu għal 609

Sa nofsinhar tal-lum kellna 63 każ ġdid ta’ Coronavirus, filwaqt li rkupraw 11-il persuna minn din l-imxija. Il-każijiet attivi bħalissa huma 609. In-numru ta’ każijiet totali s’issa huwa 1411.

Il-każijiet tal-Covid tal-aħħar sigħat qed jiġu investigati; 10 każijiet minn Paceville u 7 każijiet b’rabta ta’ familja li kellhom kuntatt ma’ każ attiv. 9 kellhom kuntatt ma’ każ attiv. 6 kienu kollegi ma’ każ attiv li nstab jiem ilu, u 4 huma każijiet importati.

Il-każijiet sporadiċi huma 33.

Illum fl-istatistika mħabbra mill-Ministeru tas-Saħħa ntqal li l-immigranti li kienu ġew ġimgħat ilu tneħħew minn din l-istatistika.

NET News mil-lum u l-ġranet li ġejjin se jibqa’ jagħti t-total kollu sabiex in-nies ikunu infurmati bid-dettalji tal-każi kollha, inkluż dawk tal-immigranti.