Sport Sport Ieħor

Annie’s Boy jirbaħ il-finali ewlenija – Noel Baldacchino bi tliet rebħiet

(Ritratt: Catriel Farrugia)

Kenneth Vella

Illejla fil-korsa tal-Marsa niżel is-siparju fuq is-sensiela ta’ kampjonati Sajfin organizzati mill-Malta Racing Club bil-kollaborazzjoni tal-Marsa Race Track Limited. Dan permezz ta’ seba’ finali għall-klassijiet kollha fuq distanza twila ta’ 2640m. Spikkat l-aktar finali tal-aqwa klassi Premier li rat is-suċċess ta’ Annie’s Boy misjuq minn Michael Ellul. Noel Baldacchino rnexxilu jirbaħ tlieta mis-seba’ finali li ġew organizzati.

Ħdax -il żiemel ħadu sehem fil-finali Premier. Annie’s Boy (Michael Ellul) ħa l-kmand wara 500m mill-bidu tat-tiġrija. Dan fetaħ vantaġġ żgħir minn Balthazar Maza (Caillin Borg) u Output Pressure (Clint Vassallo). Annie’s Boy irnexxilu jieħu t-tieni rebħa f’pajjiżna wara li żamm il-kmand sal-linja finali u wara li fl-aħħar metri xejjen l-isfida ta’ Vanderlov (Melvin Farrugia). Navaj Brodda (Charles Camilleri) u Balthazar Maza (Caillin Borg) daħlu warajhom f’dik l-ordni.

Min naħa l-oħra fil-finali tal-klassi Gold, Paul Galea talab lil American Master biex iżid fil-pass matul l-ahhar 500 metru. B’hekk dan il-Franciz irnexxilu jieħu t-tieni rebħa f’pajjizna minn Vicken Swing (Mark Mifsud) u t-Taljan Teddy Boy O.K. (Jesmar Gafa’). Il-favorit Prediction (Mario Spiteri) daħal fir-raba’ post.

Prezenti għal din is-serata kien hemm ukoll is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-isport Clifton Grima li ppremja lis-sidien u sewwieqa rebbieħa.

Ir-rizultati kollha

I Tiġrija. Finali Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Ernest des Angles (Ch. Gauci) Ħin – 3.22.2” (1.16.6”) 2. Firstly Light (N. Baldacchino) 3. Drakkar Cleville (K. Saliba) 4. Alfa Dream (R. Gatt)

II Tiġrija. Finali Klassi Bronze B. Dist – 2640m. 1. Cheri Bibi (N. Barbara) Ħin – 3.24.9” (1.17.6”) 2. Querby Du Gite (A. Zammit) 3. Cirella De Kacy (R. Gatt) 4. Chahuteur (K. Saliba)

III Tiġrija. Klassi Bronze A. Dist – 2640m. 1. Eros Dairpet (N. Baldacchino) Ħin – 3.21.8” (1.16.5”) 2. Caballo Du Valbrio (R. Gatt) 3. Design Ribb (M. Spiteri) 4. Takinou d’Axel (P. Galea)

IV Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1.  American Master (P. Galea) Ħin – 3.20.5” (1.15.9”) 2. Vicken Swing (M. Mifsud) 3. Teddy Boy O.K. (R. Gatt) 4. Prediction (M. Spiteri)

V Tiġrija. Klassi Silver A. Dist – 2640m. 1. Village Natal (N. Baldacchino) Ħin – 3.19” (1.14.9”) 2. Global Rebel (C. Camilleri) 3. Atout d’Haufor (C. Vassallo) 4. Feel The Music (M. Debono)

VI Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1.  Annie’s Boy (M. Ellul) Ħin – 3.18” (1.14.7”) 2. Vanderlov (M. Farrugia) 3. Navaj Brodda (C. Camilleri) 4. Balthazar Maza (C. Borg)

VII Tiġrija. Klassi Silver B. Dist – 2640m. 1. Bombay Saphir (N. Baldacchino) Ħin – 3.20.2” (1.15.8”) 2. Beauvron (C. Vassallo) 3. Best Of Morchies (D. Gatt) 4. Razor Shadow (N. Barbara)