Sport Sport Ieħor

Belinda Bencic tirtira mill-Open tal-Istati Uniti

(Ritratt: EPA)

Is-seed numru tmienja fid-dinja Belinda Bencic hija waħda minn sensiela ta’ tennisti li fl-aħħar jiem ħabbru li mhumiex se jkunu qed jipparteċipaw fl-Open tal-Istati Uniti.

Bencic fuq il-midja soċjali tagħha kitbet li se tkun qed taqbeż l-Open tal-Istati Uniti u minflok se tkun qed tirritorna għall-Open ta’ Ruma li jibda ix-xahar li ġej. Aktar kmieni dan ix-xahar, is-seed numru wieħed fid-dinja Ashleigh Barty ukoll irtirat minn dan l-Open kif għamlu wkoll Kiki Betens u Elina Svitolina. Mit-turnament tal-irġiel, Rafael Nadal ukoll ħabbar li se jirtira kif għamlu numru ta’ tennisti oħra rġiel.

Minkejja li l-organizzaturi qed jgħidu li se jiżolaw lit-tennisti u lit-tim tagħhom, xorta tibqa’ l-biża tat-tennisti għal meta jiġu biex jivvjaġġaw u għal perjodu fi kwarantina li dawn se jkollhom iqattgħu la darba jirritornaw f’pajjiżhom. S’issa, l-Istati Uniti rreġistrat aktar minn 5 miljun każ ta’ coronavirus u aktar minn 160,000 tilfu ħajjithom.