Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: Għada l-Gvern mistenni jħabbar aktar miżuri ġodda

Affaċjata minn żieda konsiderevoli fil-każi pożittivi ta’ COVID-19.. is-Supritendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci ma kellhiex għażla oħra ħlief li ssejjaħ għal-laqgħa urġenti mal-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne.

Dan sabiex minnufih jittieħdu azzjonijiet konkreti sabiex jitnaqqas it-tixrid ta’ dan il-virus hekk kif f’inqas minn xahar pajjiżna ra żieda ta’ iktar minn 700 każ ġdid pożittiv.

Wara din il-laqgħa, li saret il-Ħadd wara nofsinhar, ġie konkluż li t-Tnejn se jitħabbru aktar miżuri sabiex titnaqqas l-imxija tal-coronavirus u s-sitwazzjoni tkun taħt kontroll. F’post fuq il-media soċjali Robert Abela assigura lill-pubbliku li se jkun hemm bilanc li se jipproteġi s-saħħa tal-poplu Malti kollu.