Sport Sport Ieħor

Dovizioso jirbaħ fl-Awstrija fi Grand Prix drammatiku

Is-sewwieq ta’ Ducati Andrea Dovizioso rebaħ il-Grand Prix ta’ Spielberg fl-Awstrija u l-ewwel rebħa dan l-istaġun minkejja li beda fir-raba’ post . Fid-disa’ dawra seħħ inċident ikrah meta is-sewwieq ta’ Yamaha Franco Morbidelli għamel kuntatt mas-sewwieq ta’ Ducati Johann Zarco bit-tnejn li huma jispiċċaw jitkaxkru diversi metri bit-tellieqa jkollha titwaqqaf għal xi ħin. Fortunatament iż-żewġ sewwieqa ma sofrew l-ebda ġrieħi gravi. Flimkien ma’ Dovizioso fuq il-podju temmew Jack Miller u Joan Mir fit-tieni u t-tielet post ripsettivament.

Warajh fir-raba’ post temm Brad Binder ta’ Red Bull u fil-ħames post temm it-Taljan Valentino Rossi minkejja li beda fit-12 –il post. Fis-sitt u s-seba’ post temmew Takaaki Nakagami u Davide Petrucci. Fabio Quartararo wara l-bidu poiżittiv dan l-istaġun temm fit-tmien post u warajh temm Iker Lecuona. Aleix Espargaro temm fl-għaxar post. Il-Grand Prix li jmiss isir fir-Red Bull Ring fi tmiem il-ġimgħa li ġej.

MOTOGP

Kif spiċċaw: 1 A. Dovizioso 20:59.570, 2 J. Miller +0.486, 3 J. Mir +0.696, 4 B. Binder +3.441, 5 V. Rossi +5.146, 6 T. Nakagami +5.702, 7 D. Petrucci +8.530, 8 F. Quartararo +9.791, 9 I. Lecuona +10.636, 10 M. Vinales +11.572, 11 A. Espargaro +17.772, 12 M. Pirro +23.271, 13 B. Smith +24.868, 14 A. Marquez +24.943, 15 C. Crutchlow +27.435, 16 T. Rabat +28.502, 17 S. Bradl +28.609, Ma spiċċawx: F. Morbidelli, J. Zarco, A. Rins, P. Espargaro, M. Oliveira