Coronavirus Internazzjonali

Esperti Awstraljani jappellaw għall-għeluq tal-iskejjel

Xjentisti fl-Awstralja qed jappellaw biex fil-pajjiżi fejn in-numri tal-Covid-19 qed jiżdiedu, m’għandux ikun hemm lezzjonijiet fl-iskejjel. Dan sabiex titrażżan l-imxija tal-pandemija.

Din il-konklużjoni toħroġ minn rapport ippubblikat fil-Medical Journal tal-Awstralja, bil-Professur Zoe Hyde tgħid li “l-attitudni tax-xejn mhu xejn” trid tispiċċa. Aktar u aktar meta wieħed iqis li t-tfal u ż-żgħażagħ ikunu madwar l-anzjani u l-vulnerabbli. Il-Professur Hyde insistiet li ma jistax ikun nibqgħu naraw dawn is-sitwazzjonijiet.

Ir-rapport tat-tobba Awstraljani jgħid b’mod ċar li m’għandux ikun hemm kuntatt fiżiku bejn it-tfal, speċjalment fejn għandek trażmissjoni lokali.

Fil-konklużjonijiet tagħha, Hyde qalet li r-rwol tat-tfal huwa kruċjali biex niġġieldu l-pandemija.

F’pajjiżna, il-pjan tal-Gvern għadu dak li l-iskejjel jiftħu mill-ġdid ix-xahar id-dieħel.