Coronavirus Lokali Saħħa

Fearne jammetti li s-sitwazzjoni mhix taħt kontroll

Il-Gvern jibqa’ kommess li jiftaħ l-iskejjel f’Settembru li ġej.

Lejn l-aħħar ta’ Settembru bidu ta’ Ottubru nkunu f’pożizzjoni li niftħu l-iskejjel.

Kliem il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne waqt intervista li saritulu minn The Malta Independent….hekk kif bħalissa ħafna ġenituri jinsabu nkwetati ferm dwar kemm it-tfal tagħhom se jkunu f’ambjent sigur meta dawn jirritornaw lura lejn l-iskola. Dan apparti l-fatt li m’għandhom ebda serħan il-moħħ dwar il-miżuri li se jittieħdu sabiex jintaqqas it-tixrid tal-coronavirus.

Fl-istess intervista…id-Deputat Prim Ministru, għall-kuntrarju tal-Prim Minsitru Robert Abela, ammetta li bħalissa s-sitwazzjoni tal-COVID f’pajjiżna m’għadhiex taħt kontroll….. tant li saħaq li l-awtoritajiet tas-saħħa qed jaħdmu qatigħ sabiex jerġa’ jkollna rizultati tajbin fil-ġimgħat li ġejjin.

“Bħalma fl-ewwel xhur ġibna s-sitwazzjoni taħt kontroll, anke issa qed nagħmlu l-istess effort u jkollna riżultati tajbin fil-ġimgħat li ġejjin”.

Dwar l-attivitajiet il-kbar, Fearne qal li ċertament dawn ma għenux biex jitnaqqas it-tixrid ta’ dan il-virus. Filfatt, Chris Fearne tenna l-appell tiegħu lin-nies sabiex ma jmorrux f’postijiet fejn ma tistax tinżamm id-distanza soċjali.