L-Assoċazzjoni Medika Maltija, il-MAM, tinnota li l-Prim Ministru qed jikkunsidra miżuri addizzjonali biex inaqqas in-numri relatati mal-COVID-19. Madankollu jidher li Robert Abela għadu iktar imħasseb dwar is-settur turistiku milli dwar is-saħħa tan-nazzjon.
Il-MAM tibqa’ tirriżerva l-pożizzjoni tagħha sakemm il-Gvern iħabbar aktar miżuri ġodda iktar tard illum.