Lokali Qorti

Jammettu li kkaġunaw ġrieħi ħfief fil-Belt Valletta

Żewġ Sirjani ġew ikkundannati mill-Qorti sentejn probation wara li ammettew akkużi b’rabta ma’ argument fil-Belt Valletta.

Akil Albako ta’ 22 sena u Omar Suod ta’ 19-il sena tressqu l-Qorti b’akkużi li kkaġunaw ġrieħi ħfief fuq żewġ ġuvintur filwaqt li kisru l-bon ordni pubblika b’għajjat u ġlied. Dan filwaqt li Albako kien akkużat ukoll li ħebb għal tfajla filwaqt li Suod kien akkużat b’sewqan mingħajr liċenzja tas-sewqan.

Jidher li fl-argument kien involut it-tielet persuna li għadha qed tiġi mfittxija mill-Pulizija. Allegatament, it-tielet persuna kienet li tat daqqiet ta’ sikkina miż-żewġ żgħażagħ Maltin.

Il-Maġistrat Josette Demicoli ħarġet ordni ta’ trażżin filwaqt li wissithom li jekk jiksru l-kundizzjonijiet, jintbagħtu l-ħabs.