Futbol Sport

Kevin De Bruyne jirbaħ l-Aqwa Plejer tal-Istaġun tal-Premier League

(Ritratt: EPA)

Il-midfielder Belġjan ta’ Manchester City Kevin De Bruyne rebaħ l-unur tal-Aqwa Plejer tal-Istaġun fil-Premier League. Dan l-istaġun, De Bruyne rnexxielu jiskorja 13 -il gowl kif ukoll laħaq ir-rekord ta’ 20 assist ta’ Thierry Henry fl-istaġun 2002-03.

Minkejja l-istaġun impekkabli li kellu De Bruyne, City ma rnexxilhomx jiddefendu t-titlu tagħhom u temmew fit-tieni post 18 –il punt wara ċ-champions Liverpool.

Fil-lista tal-finalisti, flimkien mal-midfielder ta’ 29 sena kien hem it-trio ta’ Liverpool, Jordan Henderson, Sadio Mane u Trent Alexander Arnold kif ukoll l-attakkant ta’ Southampton Danny Ings, l-attakkant ta’ Leicester Jamie Vardy u l-gowlkiper ta’ Burnley Nick Pope. Fil-passat dan l-unur intrebaħ minn żewġ Belġjani oħra biss, mill-eks difensur ta’ Manchester City Vincent Kompany u l-eks winger ta’ Chelsea Eden Hazard.