Coronavirus Sport Waterpolo

L-ASA tipposponi aktar logħob tal-waterpolo

(Ritratt: Matthew Tabone)

Fi stqarrija llejla, l-ASA ħabbret li wara li plejer ieħor tal-waterpolo rriżulta pożittiv għall-coronavirus, l-assoċjazzjoni ddeċidiet li tissospendi l-kampjonat tan-nisa, dak ta’ taħt it-13 -il sena u dak ta’ taħt il-15 -il sena sa nhar is-Sibt.

Il-kampjonat tal-irġiel tal-waterpolo twaqqaf il-ġimgħa li għaddiet wara li nstab plejer pożittiv għall-coronavirus bl-ASA tissospendi l-kampjonati tal-irġiel sa nhar is-Sibt li ġej ukoll filwaqt li dawk ta’ taħt is-17 u il-15 -il sena b’mod indefinit.