Lokali

L-MHRA tikkundanna l-attakki li saru fil-konfront tagħha

Fi stqarrija li nħarġet, l-MHRA ikkundannat l-attakki li fl-aħħar ġranet saru fil-konfront tagħha fid-dawl tat-tieni mewġa ta’ COVID-19 f’Malta.

Il-President tal-MHRA, Tony Zahra qal li hu mhux involut f’investiment ta’ lukandi jew ristoranti u b’hekk ma jieħu l-ebda tip ta’ benefiċċju mill-industrija tal-lukandi u catering. Il-15-il membru li jifforma l-kunsill tal-MHRA appoġjat din l-istqarrija.

L-MHRA saħqet li dejjem imxew mal-protokoll f’kull settur li jaqgħa taħthom. Hi kompliet tgħid li meta d-distanza soċjali ma tinżamx, l-imxija ta’ COVID-19 tinxtered iżjed.

L-MHRA ħeġġet biex jittieħdu l-passi meħtieġa hekk kif jekk dan iseħħ, is-sitwazzjoni terġa’ lura taħt kontroll u l-ekonomija terġa’ tingħata l-ispinta meħtieġa.