Formula 1 Sport

Lewis Hamilton jiddomina l-Grand Prix ta’ Spanja

(Ritratt: EPA)

Lewis Hamilton irritona għar-rebħ u ddomina l-Grand Prix ta’ Spanja fiċ-ċirkwit ta’ Katalunja f’tellieqa li kienet mhedda mix-xita. Hu beda mill-ewwel pożizzjoni u baqa’ fuq quddiem għall-parti l-kbira tat-tellieqa. Warajh temmew Max Verstappen ta’ Red Bull u sieħbu fit-tim Valtteri Bottas li daħlu fit-tieni u fit-tielet post ripettivament.

Ġimgħa oħra diżappuntanti għal Ferrari hekk kif Charles Leclerc kellu jirtira wara 41 dawra wara li ġarrab xi ħsarat fil-magna. Sieħbu fit-tim Sebastian Vettel temm fis-seba’ post. Fir-raba’ post temm Sergio Perez fir-ritorn tiegħu wara li kien nieqes minn żewġ Grand Prix wara li rriżulta pożittiv għall-coronavirus.

Is-sewwieq ta’ Racing Point Lance Stroll temm fil-ħames post b’ Carlos Sainz jidħol fis-sitt pożizzjoni. Is-sewwieq ta’ Red Bull Alexander Albon temm fit-tmien post segwit minn Pierre Gasly. L-Ingliż Lando Norris temm fl-għaxar post. B’din ir-rebħa, Lewis Hamilton kiser rekord ieħor fil-karriera tiegħu meta kiseb il-156 podju. Il-Grand Prix li jmiss isir ħmistax oħra fiċ-ċirkwit ta’ Spa- Francorchamps fil-Belġu.

Formula 1

Kif spiċċaw: 1 L. Hamilton 1:31:45.279, 2 M. Verstappen +24.177, 3 V. Bottas +44.752, 4 S. Perez +dawra, 5 L. Stroll +dawra, 6 C. Sainza +dawra, 7 S. Vettel +dawra, 8 A. Albon +dawra, 9 P. Gasly +dawra, 10 L. Norris +dawra, 11 D. Ricciardo +dawra, 12 D. Kvyat +dawra, 13 E. Ocon +dawra, 14 K. Raikkonen +dawra, 15 K. Magnussen +dawra, 16 A. Giovinazzi +dawra, 17 G. Russell +dawra, 18 N. Latifi +2 dawriet, 19 R. Grosjean +2 dawriet, Ma spiċċax: C. Leclerc