Futbol Sport

Lyon jissorprendu lil Man City

(Ritratt: UEFA.com)

Olympique Lyon issorprendew lil Man City fl-aħħar kwartifinali tal-UEFA Champions League meta f’Estádio José Alvalade rebħu 3-1.

Lyon fetħu l-iskor wara 24 minuta meta wara pass fit-tul u l-ħarġa ħażina ta’ Ederson, kien CORNET li kkonkluda f’lasta vojta minn pożizzjoni diffiċli. Man City pruvaw iġibu d-draw iżda d-difiża ta’ Lyon flimkien mal-gowlkiper Lopes ċaħħdu lit-tim ta’ Guardiola għal diversi drabi matul l-ewwel taqsima.

Matul it-tieni taqsima, Guardiola wettaq xi tibdiliet li ħallew il-frott u fid-69 minuta ġabu d-draw permezz ta’ KEVIN DE BRUYNE wara xogħol tajjeb ta’ Sterling. Lyon ma ħellewx dan il-gowl jkissrilhom il-kuraġġ li urew tul il-partita u fid-79 minuta minn pass wara d-difiża ta’ City kien is-sostitut DEMBELE li kkonkluda minn taħt Ederson. Fis-86 minuta City kellhom ċans li jġibu d-draw iżda Raheem Sterling falla opportunità tad-deheb minn pożizzjoni komda.

Minuta biss wara, il-Franċiżi aċċertaw mill-kwalifikazzjoni meta minn xutt Aouar, Ederson salva parzjalment, b’DEMBELE jirreaġixxi l-ewwel u jikkonkludi mill-viċin. B’hekk issa t-tim ta’ Rudi Garcia fis-semifinali, jaffaċja lil Bayern Munich.

UEFA Champions League

Kwartifinali: L-Erbgħa: Atalanta v PSG 1-2, il-Ħamis: RB Leipzig v Atletico Madrid 2-1, il-Ġimgħa: Barcelona v Bayern Munich 2-8, Ilbieraħ: Man City v Lyon 1-3

Semifinali: It-Tlieta: PSG v RB Leipzig 9.00pm, l-Erbgħa: Bayern Munich v lyon 9.00pm