Futbol Sport

Rapport li Messi jrid iħalli lil Barcelona

Numru ta’ rapporti fi Spanja qed jgħidu li l-istilla Arġentin Lionel Messi jrid iħalli lil Barcelona dan is-sajf.

Din l-aħbar tasal jumejn wara t-telfa umiljanti u l-eliminazzjoni mill-UEFA Champions Leauge kontra Bayern Munich. Messi għandu l-kuntratt tiegħu jiskadi fis-sajf li ġej u r-rapporti fi Spanja qed isostnu li qatt ma raw lil Messi daqshekk kommess li jħalli lil Barcelona. Ma’ Barcelona, Messi lagħab 485 partita fejn rnexxielu jsib ix-xibka 444 darba.