Sport Sport Ieħor

Ronnie O’Sullivan fil-vantaġġ fl-ewwel ġurnata tal-finali

Fl-ewwel ġurnata tal-finali ta-Kampjonati tad-Dinja tal-Isnooker li qed isiru fi Crucible f’Sheffield, Ronnie O’Sullivan għeleb lil Kyren Wilson 10-7. O’Sullivan fetaħ tajjeb u rnexxielu jibni vantaġġ ta’ sitt sets, b’Wilson jirkupra tajjeb tul il-partita.

F’din il-finali għall-ewwel darba mill-bidu tal-pandemija tal-coronavirus attendew ma’ 300 mitt partitarju. Il-finali tkompli aktar tard waranofsinhar bir-rebbieħ jieħu miegħu l-premju ta’ £500,000. Din hija l-ewwel finali għal O’Sullivan sa mill-2014 filwaqt li għal Wilson din hi l-ewwel dehra tiegħu.