Sport Sport Ieħor

Ronnie O’Sullivan jirbaħ is-sitt Kampjonat tad-Dinja

Ronnie O’Sullivan rebaħ is-sitt Kampjonat tad-Dinja meta fil-finali għeleb lil Kyren Wilson 18-8 f’Sheffield. B’din ir-rebħa O’Sullivan laħaq lil Steve Davis fid-drabi li rebaħ dan il-Kampjonat u qabeż lil Stephen Hendry.

F’partita li ntlagħbet fuq jumejn, O’Sullivan sab xi ftit diffikultà fil-bidu iżda rkupra tajjeb biex kiseb rebħa komda. O’Sullivan huwa l-akbar plejer li rebaħ dan it-turnament sa mill-1978 meta dakinhar kien rebħu Ray Reardon.

L-Ingliż ta’ 44 sena b’hekk ħa s-somma ta’ £500,000 bħala premju u telgħa fit-tieni post fir-rankings wara Judd Trump. Dan ir-riżultat kien l-akbar wieħed fil-finali sa mill-2008 meta dakinhar l-istess O’Sullivan kien għeleb lil Ali Carter bl-istess skor.