Lokali

Sirjan jitfaċċa mimli dmija fl-Għassa tal-Qawra wara li ġie attakkat

Ritratt: Roman Mutl(Flickr)
Iż-żagħżugħ qed isofri minn ġrieħi gravi wara argument ma' xi barranin mal-promenade bejn Buġibba u l-Qawra

Sirjan ta’ 24 sena li jgħix San Pawl il-Baħar tfaċċa fl-Għassa tal-Pulizija tal-Qawra mimli dmija u rrapporta li ġie attakkat minn xi barranin fi Triq it-Trunċiera, il-promenade ta’ bejn Buġibba u l-Qawra

Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ nofsillejl fil-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd, biż-żagħżugħ jittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għall-kura u kien iċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi gravi.

Minn stħarriġ tal-Pulizija rriżulta li seħħ argument bejn xi persuni li ħarbu minn fuq il-post minnufih.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.