Internazzjonali

Stati Uniti: Imut ħu l-President Trump fl-età ta’ 71 sena

Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, fl-aħħar sigħat, esprima niket profond għall-mewt ta’ ħuh, Robert, li kellu 71 sena. Il-mewt ta’ Robert Trump kienet ikkonfermata fi tmiem il-ġimgħa wara li hu kien qed ibati minn marda serja. Intant, il-kaġun tal-mewtu baqa’ mhux spjegat b’mod konċiz u uffiċjali.

Il-President Trump kien żar lil ħuh l-isptar, fi New York, matul il-jum qabel mewtu. Hu, wara, żvela lill-ġurnalisti li ‘ Robert kien għaddej minn żmien ħażin u diffiċli’ waqt li rrefera wkoll għal ħuh bħala ‘l-akbar ħabib tiegħu’.

Robert Trump kien l-iżgħar fost il-ħamest ulied tal-ġenituri tal-President tal-Istati Uniti u filwaqt li kien involut sew fis-settur tal-proprjetà hu qatt ma kien iħobb il-pubbliċità żejda u ħa ħsieb li jżomm dejjem profil baxx tul ħajtu.