Lokali

Titħabbar il-mewt ta’ Alphonse Farrugia

Alphonse Farrugia - It-tielet persuna mix-xellug. (Sors: MUT)
Alphonse kien l-eks-Segretarju Ġenerali tal-MUT għal 30 sena.

Il-bieraħ tħabbret il-mewt ta’ Alphonse Farrugia, eks-Segretarju Ġenerali tal-MUT li serva bejn l-1961 u l-1991.

Farrugia kien l-iktar persuna li żamm din il-pożizzjoni tant li ħadem ma’ erba’ Presidenti differenti tal-MUT.

Hu kien magħruf l-iktar bħala persuna attiva ħafna fit-taqlib tal-iskejjel tat-tmeninijiet.