Lokali

125 immigrant ieħor fiż-żona ta’ salvataġġ Maltija

Permezz ta’ tweet fuq twitter, l-Organizzazzjoni Alarm Phone stqarret li bħalissa fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ Maltija hemm 85 u 40 persuna rispettivament.

40 persuna jinsabu fuq dgħajsa mitluqa u li fiha qed jidħol l-lma. Jidher li dawn ilhom fuq din id-dgħajsa madwar erbat ijiem u li spiċċaw mingħajr ilma u ikel.

Minn naħa l-oħra, hemm ukoll 85 persuna oħra li ħarbu mill-Libja u jinsabu fil-periklu. Bħalissa jinsabu fin-naħa ta’ nofsinhar ta’ Lampedusa u jeħtieġu l-għajnuna mill-aktar fis.