Coronavirus Futbol Sport Waterpolo

Appell lill-Gvern mill-MFA u l-ASA dwar is-sitwazzjoni preżenti b’rabta mal-pandemija tal-coronavirus

Fi stqarrija konġunta maħruġa mill-Malta Football Association u l-Aquatic Sports Association appellaw għal darb’oħra lill-Gvern biex mill-aktar fis jipprovdi gwidi speċifiċi dwar l-isport fid-dawl tal-pandemija tal-coronavirus.

L-assoċjazzjonijiet saħqu li jekk il-Gvern se jkompli ma jagħtix kas il-bżonnijiet tal-atleti fuq livell elite se jkun qiegħed ipoġġi f’riskju l-logħob u l-kompetizzjonijiet sportivi. Fost dawn hemm li meta plejer jinsab pożittiv l-iskwadra kollha qed titpoġġa fi kwarantina rrispettivament mil-livell ta’ kuntatt mal-persuna infettata, b’din ir-restrizzjoni qed tħalli riperkussjonijiet fuq it-tħejjija tal-iskwadri.

L-MFA nnutat li jekk din is-sitwazzjoni tippersisti u l-Gvern jibqa’ jonqos milli joffri xi tip ta gwida, se jkun hemm problemi għas-sejħa tal-iskwadra nazzjonali bit-tim Malti jirriskja l-parteċipazzjoni fil-UEFA Nations League.

Huma kkonkludew li din is-sitwazzjoni qed tirriskja l-eżistenza tagħhom. Dalogħdu l-Gvern fil-konferenza tal-aħabarijiet indirizzata mill-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne u mis-Supretendent tas-Saħħa Dr. Charmaine Gauci, naqa milli joffri xi tip ta’ gwida dwar l-isport u s-sitwazzjoni preżenti b’rabta mal-pandemija tal-corornavirus f’pajjiżna.

B’reazzjoni għal dan l-appell miż-żewġ assoċjazzjonijiet, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Isport, l-Onorevoli Robert Cutajar talab lill-Gvern biex f’dan il-mument meta l-imxija tal-coronavirus reġgħat qabdet sew f’pajjiżna, l-Gvern ma jerġax għal darb’oħra jinsa u jabbanduna l-isport u l-isportivi. Cutajar fakkar kif lura f’Marzu li għadda l-Oppożizzjoni tkellmet biex dan il-qasam ma jiġix minsi u abbandunat mill-Gvern. Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Isport temm jgħid li l-awtoritajiet għandhom l-obbligu u d-dover li ma jħallux dan l-abbandun iseħħ