Futbol Sport

Barcelona jilħqu ftehim ma’ Ronald Koeman biex isir il-kowċ il-ġdid tagħhom

Skond rapporti fil-midja internazzjonli jidher li Barcelona għażlu lill-kowċ Olandiż Ronald Koeman biex jieħu post Quique Setien li mistenni jkun imkeċċi formalment fis-siegħat li ġejjin. Fil-preżent, Koeman jinsab kowċ tat-tim nazzjonali Olandiż u fis-siegħat li ġejjin mistenni jirriżenja biex ikun jista’ jsir kowċ ta’ Barcelona.

Koeman li għandu esperjenza kbira fejn mexxa bosta timijiet, f’Mejju li għadda kellu jiddaħħal l-isptar wara li sofra problemi f’sidru. Il-midja Spanjola qed tgħid li wara li nżammew diskussjonijiet ma’ Mauricio Pochettino u Xavi, Barcelona waslu għall-konklużjoni li jagħżlu lil Ronald Koeman biex imexxi lil Barcelona f’dan l-istaġun li qed jitiqies bħala wieħed ta’ transizzjoni biex warajh jinħatar l-eks plejer ta’ Barcelona stess Xavi.