Sport Sport Ieħor

Camilleri u Demicoli pass eqreb lejn it-titlu tal-Kampjonat tal-Għawm

(Ritratt: emvigee pr & marketing)

Fl-aħħar tellieqa li saret fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet fuq medda ta’ żewġ kilometri fis-Salina, rat lil Andre Camilleri u Sarah Demicoli jiddominaw hekk kif temmew l-ewwel fil-kategoriji rispettivi tagħhom.

Fil-kategorija tal-irġiel, ma’ Camilleri fuq il-podju temmew Stefano Debono Grech u Bernard Sant li kisbu it-tieni u t-tielet post rispettivament. F’dik femminili, wara Demicoli, temmew Kelsey Borg u Leah Satariano li temmew biss tliet sekondi bogħod minn xulxin.

Kemm Camiller kif ukoll Demicoli jonqoshom biss tellieqa waħda biex jirbħu l-Kampjonat tal-Għawm Open Water Garmin BSJ. Għal Camilleri dan ikun l-ewwel titlu ġenerali tiegħu wara li fl-2015 rebaħ it-titlu fil-kategorija ta’ taħt l-14 –il sena. Għal Demicoli min naħa l-oħra, dan ikun is-sitt titlu tagħha. L-aħħar tellieqa ser issir għada u se tkun fuq distanza ta’ 4km u tibda fil-5.00pm.